Internazzjonali

In-Niġerja: Attakk qattiel wara servizz reliġjuż

 

Inqatlu talanqas 16 il-persuna waqt attakk minn persuni armati fuq knisja fin-Nofsinar tan-Niġerja. Id-dmija seħħet wara servizz reliġjuż għall-bidu tas-sena, bir-rapporti relatati jingħataw ftit tas-sigħat ilu.

L-inċident seħħ fl-Istat Niġerjan ta’ Rivers – li hu sinjur fiż-żejt – u r-rapporti qalu li d-devoti li attendew għas-servizz ‘kienu spiċċaw attakkati mill-elementi armati dritt wara’.

Ingħad ukoll li l-aggressuri qatlu lill-vittmi tagħhom b’mod mill-aktar diskriminattiv, bl-awtoritajiet qegħdin imexxu l-investigazzjonijiet f’dik iz-zona.

Jidher li l-ħoss tal-logħob tan-nar waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Ġdida fil-belt ta’ Omuku għamilha diffiċli għar-residenti biex jirrealizzaw bl-isparar li kien għaddej dak il-ħin ( waqt l-attakk) ftit ‘il bogħod minnhom u li, fil-fatt, kienu qegħdin jinqatlu n-nies.

Il-belt ta’ Omuku, ‘il hinn minn Port Harcourt, għandha storja ta’ reati vjolenti u jidher li l-vjolenza fl-inħawi ngħatat spinta matul l-aħħar sena.

Ir-reġjun partikulari, fil-passat, kellu problema kbira minħabba l-attakki minn militanti li kienu qed jinsistu biex ‘il-parti akbar tal-ġid’ iġġenerat miż-żejt tan-Niġerja tinżamm mir-reġjuni tal-pajjiż li qegħdin jipproduċu r-riżors.