Raġel ta’ 48 sena li m’għandux residenza fissa, kien ikkundannat għal sena ħabs wara li wieġeb ħati li fl-Ewwel tas-Sena ikkommetta serq fir-Rabat Għawdex u li kien qed iġorr strumenti li jaqtgħu u bil-ponta mingħajr liċenzja.
Quddiem il-Maġistrat Paul Coppini li kien qed jippresjedi l-Qorti tal-Maġistrati f’Għawdex, ir-raġel kien mixli wkoll li għex ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ u li kien reċidiv.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-ħati kien ikkundannat ukoll iħallas multa ta’ €116.47
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>