Żewġ persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15.15hrs ta’ waranofsinhar gi Triq Ħal Farruġ, f’Ħal Farruġ meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn Skoda City Go misjuqa minn raġel mis-Somalja ta’ 25 sena u Peugeot 206 misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Filwaqt li fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħa liż-żewġ sewwieqa l-isptar għal aktar kura, fortunatament ġew ċċertifikati li ġarbu ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

