Ajruplan tal-Air Malta kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-ajruport ta’ Dusseldorf fil-Ġermanja – dan wara li passiġġier xamm rieħa ta’ ħruq fil-kabina.
Wara spezzjoni li saret abbord l-ajruplan, jidher li l-ħruq kien ġej minn ħsara fil-fann tal-forn. It-titjira tar-ritorn, KM353, ttardjat b’sagħtejn – sakemm il-forn ġie msewwi. Il-linja tal-ajru nazzjonali qalet li d-deċiżjoni li jsir inżul ta’ emerġenza ttieħdet mill-kaptan tal-Air Malta biex jassigura s-sigurtà tal-125 persuna abbord.
L-Air Malta fi stqarrija skużat ruħha għal kull inkonvenzjenza li setgħet ħolqot.
//= $special ?>