Lokali

Direttivi biex ma jkunux aċċettati sodod fil-kuriduri f’Mater Dei

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Kif ikun mistenni fi żminijiet ta’ kesħa b’mod partikolari matul dan ix-xahar jiżdiedu n-nies li jmorru l-isptar għall-kura minħabba l-mard li jġib miegħu dan l-istaġun, madankollu din iż-żieda qed twassal biex reġgħu feġġu s-sodod fil-kuriduri tas-swali tal-isptar Mater Dei.

Għal din is-sitwazzjoni l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, b’mod immedjat ordnat biex l-infermiera u l-qwiebel ma jaċċettawx sodod żejda fil-kuriduri tas-swali fejn jaħdmu. Dan biex ikunu imħarrsa l-interessi tal-pazjenti u l-ħaddiema fl-isptar Mater Dei.

L-MUMN qalet li mhux se tittollera li membri tagħha jkunu intimidati mill-management u jekk isir hekk jittieħdu azzjonijiet legali.

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni wkoll l-MUMN fakkret ukoll fid-direttiva eżistenti li staff tal-isptar Mater Dei ma jistgħux jiġu trasferiti fi swali oħrajn minħabba nuqqas ta’ staff.