Xufiera li b’nuqqas ta’ ħsieb ipparkjat il-karozza tagħha fuq il-moll ta’ Buġibba f’riħ qawwi tista’ tgħoddha b’waħda li ma spiċċatx għasra hi u ġewwa tal-vettura tagħha.
Filmat li ttella’ fuq Facebook juri l-mewġ jgħatti lill-vettura, bix-xufiera li ftit sekondi wara tidher tiġri lejn il-karozza biex tneħħiha mill-post.
Iżda malli qabdet tiġri lejn il-karozza, buffura riħ tajritilha l-kappell. Sakemm ġriet lejn il-karozza, il-mewġa li jmiss kienet qed toqrob lejn il-moll. Ara x’ġara u kemm irriskjat għal dak l-imbierek kappell!
//= $special ?>