F’kummenti waqt il-programm NET LIVE, it-tabib Michael Spiteri żvela illi l-każ tat-tifel li miet fgat fil-ġimgħa tal-Milied ma kienx każ iżolat. Fil-fatt, wara din it-traġedja kien hemm każi oħra ta’ persuni li mietu fgati kaġun ta’ xi ikel jew oġġetti oħra.
“Fl-isptar dawn il-każi narawhom kważi kuljum”, qal it-tabib Spiteri.
Fl-istess programm, Edward Gruppetta mill-Malta Red Cross tkellem dwar il-bżonn li jkun hemm għarfien akbar fuq il-First Aid, partikolarment (iżda mhux biss) fost it-tfal.
//= $special ?>