Il-kor Tabor, tal-Parroċċa tas-Salvatur ta’ Ħal Lija, se jiftaħ s-sena l-ġdida bil-kunċert tal-Epifanija bl-isem ‘ADORAMUS’. Dan se jsir nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar fis-7.30 ta’ filgħaxija ġewwa l-Knisja Parrokkjali tas-Santissimu Salvatur f’Ħal Lija.
Fost il-mużika li se tindaqq insibu siltiet popolari bħal ‘Adiemus’ ta’ Karl Jenkins, ‘Do You Hear What I Hear’, ‘Va Pensiero’ u l-Antifona ‘Et Audientes No.2’.
Għal dan il-kunċert, mal-kor Tabr se tingħaqad l-orkestra Tabor, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Andrea Cassar, il-kor Shalom tal-Mosta, immexxi mis-Sinjura Rita Vassallo, u bosta solisti oħrajn, fosthom it-tenur Arthur Micallef.
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn.
//= $special ?>