Internazzjonali

Iżrael jagħti ultimatum lill-immigranti illegali

Il-Gvern Iżraeljan ta sa Marzu biex l-immigranti illegali li hemm fil-pajjiż jitilqu mill-pajjiż. Jekk le, se jibdew jiġu arrestati. Hu stmat li f’Iżrael hemm madwar 42,000 immigrant illegali. Issa l-Gvern Iżraeljan qed joffri madwar 3,500 dollaru Amerikan lil min jitlaq minn Iżrael qabel ma jiskadi ż-żmien, kif ukoll biljett tal-ajru u inċentivi oħrajn. Il-Gvern Iżraeljan se jagħlaq ukoll iċ-ċentru tad-detenzjoni ta’ Holot, fejn hemm miżmuma aktar minn 1,000 persuna mill-Eritrea u s-Sudan li qed jistennew id-deportazzjoni. Il-pass qanqal kritika kbira għall-Gvern Iżraeljan minn gruppi li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem.