Lokali

“Kburi li l-Kapitali Maltija hija dik Kulturali Ewropea” – Francis Zammit Dimech

Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti b'appell fuq is-sit europarl.europa.eu biex in-nies iżuru l-Belt Valletta

Francis Zammit Dimech jagħmel appell biex l-Ewropej u nies minn kwalunkwe naħa tad-dinja jżuru Malta u l-Belt Valletta f’din is-sena li pajjiżna qed jiċċelebra li jkun iċ-ċentru tal-Kultura Ewropea.

Zammit Dimech qal li huwa kburi li l-Kapitali Maltija se tkun il-Belt Kapitali Kulturali Ewropea. Huwa qal li għalih l-Belt Valletta tirrapreżenta bi sħiħ il-wirt kulturali Ewropej, l-identità u l-istorja.

Il-programm tal-Valletta 2018 se jkun kollezzjoni ta’ 140 proġett, b’400 attività. Uħud mill-proġetti mhux se jieqfu biss sa din is-sena, iżda se jibqgħu għaddejjin anke fis-snin ta’ wara.