Il-manager Mark Hughes se jibqa’ fit-tmexxija ta’ Stoke għall-partita tas-Sibt li ġej kontra Coventry, logħba valida mit-tielet rawnd tal-FA Cup. Is-sidien tal-klabb qed jikkunsidraw il-futur tiegħu wara sensiela ta’ ħames telfiet fl-aħħar seba’ logħbiet, li biha spiċċaw fiż-żona tar-relegazzjoni.
Iżda s-sidien ta’ Stoke jinsabu konvinti biex ma jieħdux deċiżjoni mgħaġġla speċjalment wara l-pressjoni tal-partitarji li dejjem qed tikber, bl-istess nies jagħmlu strixxuni biex jitkeċċa Hughes wara t-telfa kontra Newcastle fl-ewwel tas-sena.
Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li s-sidien Peter u John Coates mhux se jiddeċiedu l-pożizzjoni tal-manager tagħhom din il-ġimgħa. Jidher li huma ma jridux li jibdlu l-manager f’nofs l-istaġun, iżda qed ikunu mħassba dwar it-theddida li Stoke jkunu relegati mill-Premier League dan l-istaġun.
Raġuni oħra għaliex Stoke jidher li ma bidlux il-manager sa issa hu għaliex mhux konvinti li hemm managers aħjar għad-dispożizzjoni bħalissa.
//= $special ?>