Raġel li kien igħix fit-triq u kien iddikjarat bħala eroj talli deher li kien minn tal-ewwel li mar igħin lill-vittmi tal-attakk terroristiku fil-Manchester Arena, issa ammetta li fil-fatt kien qed jisraq lill-vittmi.
Dan wara li Chris Parker tressaq il-qorti akkużat b’serq u xxandru filmati tas-CCTV li juruh qed jisraq.
Parker, li għandu 33 sena, jidher jisraq portmoni ta’ Pauline Healey, li kellha n-neputija ta’ 14-il sena mejta ħdejha u wara uża l-credit card tagħha biex jixtri.
Fl-attakk kienu nqatlu 22 persuna. Wara l-attakk, Parker qal li hu kien qed jittallab quddiem il-Manchester Arena. Huwa qal li mal-isplużjoni, minflok ħarab, mar u beda jgħin lin-nies midruba. Dakinhar kien stqarr li mara kienet mietet f’idejh u li kien salva tifla li kienet mititilha ommha.
Parker kien ukoll akkużat li seraq mobile phone minn tifla fil-Manchester Arena. Huwa suppost kellu jidher il-qorti nhar it-Tlieta, imma ma marx u mbagħad instab mistoħbi f’dar f’Halifax, West Yorkshire, fejn kien arrestat.
Minn eroj għal ħalliel
