Żewġ stejjer ewlenin jiddominaw il-ġurnal tal-lum ta’ In-Nazzjon. Storja dwar ir-riżenja tal-Assistent Kummissarju Mario Tonna li kellu jirriżenja wara r-rapport esklussiv li ppubblika dan il-ġurnal fl-Ewwel tas-Sena li żvela rapport li sar kontrih fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema mill-ekssieħba tiegħu li qalet li twettqet vjolenza domestika fuqha u akkużatu wkoll b’xorb alkoħoliku. Dwar dawn l-iżviluppi, Joe Mikallef jagħti ħarsa dettaljata dwar min hu l-eks-Assistent Kummissarju Mario Tonna u kif ingħata numru ta’ promozzjonijiet fl-aħħar snin.
Storja oħra ewlenija tittratta l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Parlament biex l-art ODZ fiż-Żonqor tingħata lura lin-nies wara li falla l-proġett li tant ftaħar bih il-Gvern dwar l-American University of Malta.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ Mark Anthony Sammut, il-kitba tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo fis-sensiela ta’ artikli li qiegħed jippubblika bit-tema ‘Vuċi bla ħoss’, u wkoll opinjoni tas-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli dwar il-Belt Kulturali Ewropea 2018.
//= $special ?>