Futbol Sport

Ousmane Dembele mistenni jirritorna wara li weġġa’ fit-tul

Ousmane Dembele meta kien preżentat bħala plejer ta' Barcelona

Ousmane Dembele mistenni jirritorna għal Barcelona fil-partita tal-lum mit-Tazza tar-Re kontra Celta Vigo. Dembele li ngħaqad ma’ Barcelona għal madwar €110 miljun li tista’ titla’ għal madwar €152 miljun mingħand Borussia Dortmund f’Awwissu, lagħab biss tliet logħbiet fil-kampjonat La Liga qabel ma’ weġġa’ l-hamstring kontra Getafe fis-16 ta’ Settembru.

L-attakkant Franċiż ta’ 20 sena, għamel l-operazzjoni fil-Finlandja u rritorna għat-taħriġ f’Diċembru. Hu ngħata l-konferma medika t-Tlieta.

It-tim ta’ Ernesto Valverde se jmur Vigo biex jilgħab l-ewwel leg mir-rawnd tal-aħħar 16 tat-Tazza tar-Re, qabel ma jilagħbu l-partita ta’ ritorn fil-Camp Nou l-ġimgħa d-dieħla. Huma se jkunu wkoll fl-azzjoni fil-kampjonat il-Ħadd li ġej b’logħba f’darhom kontra Levante.