Ronnie O’Sullivan żvela li jista’ jitlef il-Kampjonati tad-Dinja tal-2018 biex jieħu sehem f’show televiżiv bl-isem ta’ Hustle. Il-ħames darbiet rebbieħ tal-kompetizzjoni qal li t-tournament hu l-anqas favorit tiegħu u jiddeskrivi l-post magħruf bħala The Crucible bħala “tad-dwejjaq” f’serje ta’ kummenti fuq twitter.
O’Sullivan li għandu 42 sena kkonferma li se jkun qed jipparteċipa f’serje fl-Awstralja f’Mejju li potenzjalment jista’ jaħbat mal-Kampjonati tad-Dinja ta’ din is-sena li se jsiru mill-21 ta’ April sas-7 ta’ Mejju f’Sheffield.
“Crucible hu ta’ dwejjaq filwaqt li erbaħt hemm ħames darbiet. Hu dak li tesperjenza fuq din il-pjaneta li jgħodd. Li nagħmel Hustle hu fl-aħjar żmien. Ukoll għandi biżżejjed punti fir-rankings u ma hemmx bżonn li nilgħab daqshekk,” qal fuq twitter.
Fl-edizzjoni tas-sena l-oħra, O’Sullivan kien eliminat fil-kwarti tal-finali wara li tilef 13-10 kontra ċ-Ċiniż Ding Junhui.
//= $special ?>