Internazzjonali

Tfeġġ ftit tama bejn Pyongyang u Seoul

Ir-reġim ta’ Pyongyang reġa’ fetaħ hotline mal-Korea t’Isfel. Dan wara li dan il-mezz ta’ telekommunikazzjoni kien ilu mblukkat sentejn. Danl-iżvilupp seħħ wara li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un, qal li kien lest jitkellem mal-Korea t’Isfel dwar il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa li se ssir ix-xahar id-dieħel fil-Korea ta’Isfel.


Sadattant kompla l-battibekk bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-mexxej Korean Kim Jong-un. Dan billi Trump stqarr fuq twitter li l-buttuna għall-armi nukleari tiegħu hi ikbar minn dik ta’ Kim. Dan b’reazzjoni għal kumment ta’ Kim din il-ġimgħa fejn qal li l-buttuna għall-armi nukleari dejjem kienet quddiemu