Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Ungerija kellu jittieħed l-isptar Mtaer Dei għall-kura wara li ttajjar f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ fid-21;30 tat-Tlieta filgħaxija, fi Triq il-Knisja, San Ġiljan. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li hu ntlaqat minn tfajla ta’ 23 sena, residenti Ħal Safi, li kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Yaris.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ għall-kura, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>