Lokali

Żewġ muturi jieħdu n-nar fl-Imsida

Fl-Imsida żewġ muturi inqerdu f’nar li ħakem garaxx li jinsab taħt blokka appartamenti fi triq Victor Denaro fl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar.

Mill-informazzjoni li għandu NET News jirriżulta li n-nar kien wieħed aċċidentali u li ċ-ċans hu li kien short-circuit li wassal għal dan in-nar.