Lokali

Caruana Galizia se tiġi onorata anke fi Sqallija

L-ogħti tal-Premju Fava se jsir għada f'Katanja

Għada filgħaxija fit-Teatru Verga ta’ Katanja se titfakkar il-memorja tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia, f’serata li fiha hi se tingħata l-Premju Fava.

Is-sit online www.linformazione.eu qed jirrapporta li f’isem il-familja, se tkun oħt Caruana Galizia li tirċievi dan il-premju – rikonoxximent deskritt mill-istess sit bħala wieħed importanti ħafna, u li jiċċelebra l-liberta’ tal-espressjoni ġurnalistika.

L-unur “Fava” hu dedikat għall-memorja ta’ Guiseppe Fava – ġurnalist Sqalli maqtul fl-1984 minħabba l-kitba kontienwa tiegħu kontra l-gruppi mafjużi, u l-kriminalita’ organizzata.