Toħroġ iktar fil-beraħ il-battalja politika fil-Partit Laburista f’Għawdex; battalja li intensifikat wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat warrab lil Anton Refalo minn Ministru għal Għawdex u minfloku poġġa lil Justyne Caruana. Mossa politika li ħolqot problemi kbar interni fil-Partit Laburista f’Għawdex.
Il-gazzetta Laburista ‘l-orizzont’ ippubblikat ittra dwar is-sitwazjzoni fil-Ministeru għal Għawdex; sitwazzjoni li tikkonferma l-konfronti interni li hemm fil-Partit Laburista f’Għawdex partikolarment l-attakki kontra l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
L-ittra hi waħda anomima, iffirmata bl-isem In-Nemes, iżda tinkludi dettalji li jikkonfermaw il-mod kif qed jiġi trattat il-pubbliku mill-Ministeru għal Għawdex.
It-titlu tal-ittra jitkellem waħdu :’ F’Għawdex, diskors żejjed li qiegħed jagħmel ħafna ħsara lill-Partit Laburista’.
L-attakk tal-kittieb tal-ittra kien dwar il-mod kif qed jiġu trattati l-Laburisti mill-Ministeru għal Għawdex fejn jingħad li l-Laburisti u l-pubbliku qed jilmenta għall-mod kif qed ikunu milqugħa u trattati mill-Ministeru ta’ Justyne Caruana.
Jirriżulta, skond l-ittra fl-orizzont, li fil-Ministeru għal Għawdex in-nies qed ikunu trattati b’arroganza li ma tagħmilx ġieħ lill-Gvern jew lill-Partit Laburista.
L-attakk ikompli dirett billi jingħad li ‘mhux faċli li wieħed jinbidel għax min jitwieled tond ma jmutx kwadru.’
L-attakk fuq il-Ministru Justyne Caruana jkompli billi jingħad li min imexxi lil Għawdex għandu jassigura li l-Partit Laburista jerġa jikseb l-istess riżultat li kiseb fl-aħħar elezzjonijiet għall-Parlment Ewropew.
L-ittra fuq l-orizzont tinsisti biex il-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb il-Laburisti għaliex din l-għajnuna għadha ferm lura milli bdiet tingħata
//= $special ?>