Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista (FOIPN) jemmen li huma għallkollox inaċċettabbli l-kummenti ta’ ġustfikazzjoni li għadda il-Ministru Michael Farrugia dwar każ ċar ta’ vjolenza domestika.
L-FOIPN sostna li jekk għall-Ministru huwa aċċettabbli li persuna li taħdem siegħat twal tista’ twettaq vjolenza domestika, mela allura l-Ministru mhux il-persuna idoneja li tkun responsabbli mill-Korp tal-Pulizija li suppost jipproteġi lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.
L-FOIPN iqis dawn il-kummenti bħala inaċċettabli u li l-Ministru Farrugia għandu jerfa’ r-responsabbilità politika ta’ dawn il-kummenti.
//= $special ?>