Internazzjonali

Inċident fatali tal-ferrovija fl-Afrika t’Isfel

Tal-anqas 12-il persuna mietu wara li ferrovija tal-passiġġieri ħabtet ma’ trakk li kien qed jaqsam minn fuq il-linji. Kien hemm ukoll 268 persuna oħra li ndarbu.
L-inċident seħħ qrib Kroonstad, fil-provinċja ta’ Free State.
Il-Pulizija qalet li kien hemm 850 passiġġier fil-ferrovija li kienu salvati. Ix-xufier tat-trakk ipprova jaħrab mill-post, imma kien arrestat ftit wara.
Il-ferrovija kienet qed tivvjaġġa minn Port Elizabeth lejn Johannesburg.