Simon Dudley, li jmexxi l-kunsill ta’ dak li hu magħruf bħala r-Royal Borough of Windsor and Maidenhead, fejn jinstab il-Kastell ta’ Windsor, qal li jridu jitneħħew it-tallaba mit-toroq qabel it-tieġ bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle.
It-tieġ se jsir f’Mejju fil-Kastell ta’ Windsor u eluf ta’ nies mistennija għall-okkażjoni.
Dudley qal li jidher li kien hemm splużjoni ta’ tallaba u nies jorqdu fit-toroq u kien hemm bżonn li din il-problema tkun indirizzata qabel it-tieġ. Hu qal li minbarra li dan kien lok ta’ tħassib għar-residenti u għas-seba’ miljun turist li jżuru l-post kull sena.
Dudley qal li hemm evidenza li turi li ma kienx minnu li ħafna minn dawk li jkunu qed jittallbu fit-toroq m’għandhomx kenn fiss.
Dudley issa kiteb lill-Pulizija biex jinfurzaw il-liġijiet tal-pajjiż rigward nies li jittalbu u jgħixu fit-toroq.
Ma jridx tallaba fit-toroq għat-tieġ tal-Prinċep Harry
