Waqt intervent f’NET Live Bjorn Formosa qal li dawn l-aħħar jiem kienu ibsin ħafna u saħtu baqgħet sejra lura u issa s-sitwazzjoni hi kritika. Imma minkejja dan kollu Bjorn Formosa saħaq li jrid jerġa’ jqum minn dan kollu u jagħti l-aħħar spinta biex ikompli jiġġieled din il-marda.
Bjorn saħaq li fl-aħħar ġimgħat tilef ħbieb morda bl-ALS imma saħaq li se jkompli jaħdem biex jagħmel differenza. B’mod partikolari permezz ta’ Dar Bjorn li qed tkompli tilqa’ aktar nies. Saħaq li kieku ma kienx għall-poplu Malti żgur li ma kien jagħmel xejn.
//= $special ?>