Lokali

“Is-sit ODZ taż-Żonqor għandha tingħata lura lill-poplu” – Ramblers u FAA

L-iżvilupp propost fuq is-sit ODZ taż-Żonqor f’Wied il-Għajn hu żvilupp sfaċċat li lanqas biss hu għal skop edukattiv. Anke mill-aspett prattiku ma jagħmilx sens li parti mill-Universita’ Amerikana titpoġġa f’Bormla u parti oħra fiż-Żonqor dan meta hemm postijiet eqreb li m’humiex ODZ u li hi art li tista’ tintuża.

Sostnew dan ir-Ramblers Association u l-Flimkien għal Ambjnet Aħjar waqt il-programm Net Live li kien qed jiddiskuti l-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni biex l-art fiż-Żonqor tingħata lura lin-nies. Dan wara li jidher car li l-kumpanija Sadeen ghandha diffikultajiet biex tattira studenti u l-art fiz-Zonqor m’ghandhiex tispicca ghal spekulazzjoni.

Waqt il-programm ġie spjegat li l-proġett tal-Ġordaniżi ta’ Universita’ Amerikana mill-bidu deher li ma kienx se jirnexxi.

It-Tlieta l-Oppożizzjoni ppreżentat mozzjoni sabiex l-art fiż-Żonqor, fil-limiti ta’ Marsaskala tintradd lura lill-pubbliku u mill-ġdid issir parti mill-Park Nazzjonali tal-Inwadar.