Il-Gwardja Rivoluzzjonarja, meqjusa l-aħjar forza militari fl-Iran u l-aktar leali lejn il-Gvern, bdiet toħroġ il-forzi f’dawk il-provinċji fejn hemm l-akbar protesti kontra l-Gvern. Dan wara ġimgħa ta’ protesti kbar li s’issa ħallew tal-anqas 21 persuna mejta. Eluf ta’ Iranjani qed jieħdu sehem f’dawn il-protesti. Ilbieraħ kienu organizzati diversi dimostrazzjonijiet fi bliet ewlenin Iranjani b’appoġġ għall-Gvern. Il-protesti kontra l-Gvern bdew bi protesta kontra l-għoli tal-ħajja u l-koruzzjoni, u issa nbidlu għal protesta favur bidla fit-tmexxija tal-pajjiż, anki kontra l-Ayatollah Ali Khamenei, il-mexxej suprem Iranjan. Fi ħjiel ta’ tħassib uffiċjali dwar id-determinazzjoni u l-kobor fil-protesti kontra l-Gvern, il-Maġġur Ġeneral Mohammad Ali Jafari, il-kmandant tal-Gwardji Rivoluzzjonarji, qal li kienu intbagħtu t-truppi lejn il-provinċji ta’ Isfahan, Lorestan u Hamadan biex jikkonfrontaw lid-dimostranti. Ħafna mill-vittmi seħħew f’dawn il-provinċji. L-aħħar darba li kien hemm protesti fuq din l-iskala kien fl-2009, u dakinhar kienu l-Gwardja Rivoluzzjonarja kruċjali biex dawn trażżnu. Azzjoni li kienet wasslet għal diversi vittmi. L-Iran qed isostni li dawn il-protesti qed ikunu mxewxa minn xi pajjiżi barranin, bl-Istati Uniti tkun l-akkużat ewlieni. Imma l-Gvern Amerikan qed jiċħad li qed igħin fil-protesti. Il-President Donald Trump iżda qal li fiż-żmien appropjat, l-Istati Uniti kienet se tappoġġa lil dawk li qed jipprotestaw. Sadattant, l-uffiċjali f’Boru-jerd, fil-Punent tal-Iran, qalu li ċittadin Ewropew kien arrestat f’waħda minn dawn il-protesti, imma ma ntqalx minn liema pajjiż ġej. L-awtoritajiet Iranjani qed isostnu li dan kien imħarreġ mis-servizzi sigrieti Ewropej u kien qed imexxi l-protesti ta’ hemmhekk.
//= $special ?>Tinħareġ il-gwardja Rivoluzzjonarja għal kontra l-protesti
4 ta' Jannar 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES