Il-katavru ta’ Monsinjur Francis Adeodato Micallef, mill-Ordni tal-Karmelitani Tereżjani, jinsab espost fis-santwarju tal-Karmelitani Tereżjani f’Birkirkara fejn sal-aħħar jiem ta’ ħajtu baqa’ jservi lill-komunità Karkariża inkluż billi jqaddes u jqarar.
Il-mewt tiegħu, fl-eta’ ta’ 89 sena, tħabbret nhar l-Erbgħa li għadda biex b’hekk ġiet fi tmiemha ħidma ta’ 63 sena saċerdozju, li matulhom serva wkoll bħala Vigarju Apostoliku tal-Kuwait għal 23 sena.
Kien fil-5 ta’ Novembru 1981 li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni ħatru bħala t-tielet Vigarju Apostoliku tal-Kuwait.
Hu jibqa’ mfakkar hekk kif matul il-ħidma tiegħu, hu kien wieħed mill-ftit Ewropej li baqgħu fil-pajjiż waqt l-invażjoni tal-Iraq fl-1990.
Il-funeral se jsir nhar is-Sibt li ġej, fid-09:30, fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Wara jittieħed għad-difna fil-kripta tal-Knisja ta’ Santa Tereża ta’ Ġesu’ f’Bormla, fejn wieħed isib madwar 170 patri ieħor li ndifnu fl-istorja ta’ din il-komunità f’pajjiżna.
//= $special ?>
