Lokali

FILMAT: Net News imur fuq il-post fejn tpoġġiet il-bomba fil-Fgura

Il-Pulizija qed tinvestiga wkoll il-filmati meħuda minn CCTVs f’toroq oħra li jinsabu viċin il-post fejn tpoġġiet il-bomba

Għall-kuntrarju tal-Ħamis filgħaxija, hekk kif instabet il-bomba mwaħħla mal-qiegħ tal-karozza fi triq residenzjali fil-Fgura – kollox deher kwiet u kalm, minkejja li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja. Għaldaqstant NET News mar fuq il-post fejn ġiet impoġġija l-bomba – bil-bomba attiva’ bl-iskop li tisplodi.

NET News jista’ jiżvela wkoll, li fi Triq Sant’Antin hemm imwaħħla diversi cameras tas-CCTV mal-faċċatti tal-garaxxijiet u residenzi privati – u li sar kuntatt mas-sidien ta’ dawn is-CCTV cameras sabiex jgħinu fl-investigazzjoni tal-Pulizija, biex jinstab min kien li qiegħed il-bomba mal-qiegħ tal-karozza.

Filfatt il-Pulizija, qed tinvestiga wkoll il-filmati meħuda minn CCTVs f’toroq oħra li jinsabu mad-dawra tal-Fgura – sabiex isegwu pass pass kif tpoġġiet il-bomba.

Waqt l-operazzjoni delikata tal-Ħamis filgħaxija, mill-Forzi Armati u l-Pulizija, ttieħdu numru ta’ miżuri ta’ sigurta’ – dan hekk kif il-bomba kienet attiva’ iżda fortunatament ma sploditx. Madanakollu, issa rritorna lura kollox għan-normal f’din it-triq partikolari fil-Fgura, minkejja li se tibqa’ esperjenza li mhux faċli jinsew ir-residenti ta’ din it-triq.

Aqra aktar dwar dak li seħħ ilbieraħ hawnhekk:

FILMAT ESKLUSSIV: Ara l-karozza li taħta nstabet il-bomba fil-Fgura