Futbol Sport

FUTBOL – Prosinecki maħtur kowċ tal-Bożnija

Robert Prosinecki ġie maħtur bħala l-kowċ nazzjonali tal-Bożnija u Herzegovina.

Hu se jieħu post Mehmed Bazdarevic, kowċ li kien ilu jmexxi lill-Bożnija għal dawn l-aħħar snin imma t-tim naqas li jikkwalifika kemm għall-Euro 2016 kif ukoll għat-Tazza tad-Dinja li se ssir din is-sena fir-Russja.

L-uniku u l-ewwel darba li qatt lagħbu fit-Tazza tad-Dinja kien fl-2014. Dan kien anke l-ewwel turnament maġġuri li ħadu sehem fih bħala nazzjon indipendenti.

Prosinecki kien eksplejer u wieħed mill-protagonisti li għenu lit-tim Kroat jasal sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja fi Franza, lura fl-1998.

Hu kien assistant kowċ tat-tim nazzjonali tal-Kroazja bejn l-2006 u l-2010 u kowċ nazzjonali tal-Ażerbajġan bejn l-2014 u l-2017. Fuq livell ta’ klabbs, Prosinecki mexxa wkoll lil Red Star Belgrade bejn l-2010 u l-2012.