Turist mill-Afrika t’Isfel tilef ħajtu waqt l-inżul problematiku ta’ hot air balloon li ftit qabel kien għaddejja minn fuq il-belt ta’ Luxor.
Abbord kien hemm turisti barranin għal ħarġa ta’ sightseeing u tal-anqas seba’ minnhom spiċċaw midruba fl-inċident.
Jidher li l-inċident seħħ minħabba l-irwiefen qawwija.
Is-servizzi meteoroloġiċi, qabel, kienu ħarġu twissija dwar il-kundizzjonijiet u waqt li l-bużżieqa kienet qed ittir f’għoli ta’ 450 metru, jidher li l-pilota tilef il-kontroll ‘proprju minħabba l-irwiefen’.
//= $special ?>

