Il-Korea ta’ Fuq komunista aċċettat offerta biex, il-ġimgħa d-dieħla, tattendi taħditiet fuq livell għoli mal-Korea t’Isfel.
Din il-laqgħa, li għandha ssir fid-9 ta’ Jannar, mistennija tikkonċentra fuq impenn biex jinstabu l-mezzi ħalli l-atleti tal-Korea ta’ Fuq jattendu għall-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Frar, li se jsiru fi Pyeongchang, fil-Korea t’Isfel.
Il-Mexxej tal-Korea komunista, Kim Jong-un, qal diġà li delegazzjoni minn pajjiżu li tipparteċipa fil-logħob għandha tkun ‘opportunità tajba biex wieħed jara l-għaqda ta’ poplu.’
It-taħditiet inter-Koreani fuq livell għoli mistennija jsiru fil-villaġġ ta’ Panmunjom, fl-artijiet tal-fruntiera komuni.
Dawn għandhom ikunu l-ewwel taħditiet fuq livell għoli bejn il-Korej minn Diċembru tal-2015 iżda għadu mhux ċar min għandu jattendi.
Jaċċettaw taħditiet mal-ġar dwar l-Olimpjadi
