L-Arabja Sawdija interċettat missila ballistika li kienet sparata lejn artha u li kienet fuq zona viċin il-fruntiera tal-pajjiż mal-Jemen.
Ir-ribelli Houthi li qegħdin jikkumbattu lill-Gvern tal-Jemen, li għandu l-appoġġ tas-Sawdi, sostnew li huma sparaw din il-missila fid-direzzjoni tal-provinċja ta’ Najran, lejn il-Lbiċ tal-Arabja Sawdija.
Il-qawwiet tad-difiża Sawdi rnexxielhom jinterċettaw il-missila ‘meta kienet fuq Najran’,
L-Arabja Sawdija – li fl-aħħar ġimgħat spiċċat il-mira għal diversi attakki bil-missili u qed takkuża lill-Iran, ir-rivali kbir tagħha fir-reġjun, talli qiegħed jarma lir-ribelli Houthi għall-konflitt fil-Jemen.
L-Arabja Sawdija tinterċetta missila ballistika oħra


