Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS.
F’ Santa Venera l-azzjonijiet industrijali li se jibdew minn nhar it-Tnejn 8 ta’ Jannar 2018. Dawn id-direttivi se jkopru biss lil dawk il-ħaddiema li hu membri fil-UĦM Voice of the Workers.
Id-direttivi jikkonsistu billi ma ssir ebda komunikazzjoni bit-telefon (linja fissa kif ukoll bit-telefon ċellulari); ebda komunikazzjoni bl-email, messaġġi jew ittri; u ebda attendenza jew partiċipazzjoni f’laqgħat multidixxiplinarji.
Il-UĦM Voice of the workers wissiet li se tkun qed teskala dawn id-direttivi jekk ma jkun hemm ebda żvilupp ġdid. Il-UĦM Voice of the Workers tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex isegwu dawn id-direttivi li huma koperti bl-Employment and Industrial Relations Act.
//= $special ?>