Lokali

Żewġ żgħażagħ jittieħdu b’urġenza l-Isptar wara inċident f’San Ġwann

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żewġ żgħażagħ kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku. Il-każ seħħ fis-6pm fi Triq Birkirkara, f’San Ġwann, meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn rota misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Birkirkara u mutur misjuq minn raġel ta’ 21 sena min-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa liż-żewġ vittmi l-isptar għal aktar kura, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Intant filwaqt li l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.