Lokali

AĠĠORNATA B’FILMAT: Trakk ta’ kumpanija Maltija jitfarrak f’autostrada f’Sirakuża – xufier Malti jweġġa’

Xufier ta’ trakk ta’ kumpanija Maltija jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif kien involut f’inċident tat-traffiku ikrah fi triq prinċipali lejn Sirakuża.

Għal xi raġuni x-xufier, li hu Malti, kelli impatt bil-konsegwenza li qabad il-barrieri ta’ nofs it-triq u spiċċa man-naħa opposta fejn inqaleb u tfarrak. It-trakk tal-kumpanija lokali kien mgħobbi bil-frott bl-inċident iseħħ għall-ħabta tal-17:00.

Fortunatament, għalkemm sofra xi ġrieħi, ix-xufier ma weġġax gravi waqt li ma ntlaqtux karozzi oħra.  Ix-xufier qed jinżamm għall-kura fl-Isptar Umberto I ta’ Sirakuża waqt li l-autostrada lejn Sirakuża kellha tngħalaq għat-traffiku.