Lokali

AĠĠORNATA: Karozza tinqaleb fl-Imsida – raġel l-isptar bi ġrieħi gravi

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed lejn l-isptar Mater Dei wara li l-karozza li kien qed isuq, tat-tip Peugeot 206, inqalbet fl-Imsida.

L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Reġjonali għall-ħabta tal-5.30am. Huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija kkonfermaw magħna dan l-inċident filwaqt li qalulna li kien hemm karozza oħra involuta f’dan l-inċident hekk kif jidher mill-ewwel rapporti li kien hemm ħabta mal-vettura li nqalbet. Fortunatment il-persuna tat-tieni vettura ma sofriet l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.