Kultura Lokali

Approvat restawr fuq Bieb is-Sultan ta’ Ħaż Żabbar

Id-daħla ta’ Notre Dame f’Ħaż Żabbar se tingħata ħajja ġdida hekk kif il-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat il-proġett fuq Bieb is-Sultan. Il-proġett se jiġi mmexxi minn Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb dan is-sit.

Ix-xogħlijiet jinkludu restawr tal-bieb innifsu, l-iskavar u l-bini mill-ġdid ta’ parti mill-foss l-oriġinali li jdawwar il-monument, u l-istallazzjoni ta’ lift panoramiku bil-ħġieġ. Il-lift se jipprovdi aċċess għall-ogħla parti tal-monument minn fejn wieħed jista’ jgawdi veduta unika tal-parti l-kbira ta’ Malta.

Id-daħla ta’ Notre Dame hija waħda mis-sebgħa mibnija tul il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera. Il-bini huwa skedat bħala Monument Nazzjonali tal-Ewwel Grad u jinsab ukoll imniżżel fl-inventarju nazzjonali tal-propjetà kulturali tal-gżejjer Maltin.

Il-metodu tar-restawr ġie kkonfermat ukoll mis-Sovradintenza tal-Wirt Kulturali, u x-xogħol kollha se jkun issorveljat mill-uffiċjali konservattivi tal-Awtorità tal-Ippjanar.