Knisja Lokali

Jingħata l-aħħar tislima l-Isqof Francesco Adeodato Micallef

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta  inghata l-ahhar tislima l-Isqof Francesco Adeodato Micallef O.C.D . L-Isqof Micallef miet nhar l-Erbgha fl-eta’ ta’ 89 sena.

Incidentalment il-funeral sar fl-istess jum li nħatar Isqof tal-Kuwait. Il-Quddiesa tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fl-omelija l-Arċisqof iddeskriva l-Arċisqof Scicluna bħala bniedem umli, modest u għaref iżda bniedem uman. Żied jgħid li għalih kull persuna kienet xbieha qaddisa ta’ Alla. L-Arċisqof Scicluna qal li l-Isqof Micallef jibqa mfakkar għas-sagrifiċċju li għamel mal-poplu tal-Kuwait u għal ħajja reliġjuża b’dedikazzjoni għal ideali ta’ penitenza b’talb u kontemplazzjoni.

Miegħu ikkonċelebraw: Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu, Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, Kenja, Mons. Camillo Ballin M.C.C.J., Isqof u Vigarju Appostoliku fil-Kuwait, u r-rappreżentant tan-Nunzjatura Appostolika f’Malta Dun Konrad Grech S.J.

Segwi l-funeral Live hawnhekk.

Adeotato Micallef twieled fis-17 ta’ Diċembru 1928 minn Birkirkara. Fl-età ta’ 18-il sena ngħaqad mal-Ordni tal-Karmelitani Skalzi.

Bejn is-snin 1950-1955 studja t-teoloġija f’Ruma fejn ħa l-kwalifika fit-teoloġija.

Ħa l-aħħar voti tiegħu fis-sena 1951 u sar membru tal-Ordni. Fis-sena 1954 huwa kien ordnat qassis. Meta ġie lura minn Ruma tgħallem it-teoloġija morali.