Lokali

Open day mis-St John Rescue Corps; Sejħa għal voluntiera tas-salvataġġ

L-organizzazzjoni St. John Rescue Corps fetħet il-bibien tagħha għal voluntiera fit-taqsima tas-salvataġġ u tifi tan-nar.

Dan seħħ f’attività fil-Forti tal-Madliena. F’din l-Open Day kien hemm numru ta’ attivitajiet, fosthom dimostrazzjonijiet ta’ salvataġġ u tifi tan-Nar, kif ukoll taħdidiet edukattivi għal pubbliku fuq it-tifi tan-nar fid-dar u l-prevenzjonjiet li wieħed jista jaghmel.

St. John Rescue Corps huwa magħmul minn voluntiera li huma ġejjin min kull firxa tal-ħajja u li joffru s-servizz tagħhom lil komunità waqt attivitajiet u emerġenzi nazzjonali, b’kollaborazzjoni mad-dipartimenti tal-Gvern, fosthom il-Protezzjoni Civili.

Net News tkellem ma wħud mill-voluntiera fi ħdan din l-organizzazzjoni fejn spjegawlna l-għan ta’ din l-Open Day.

Il-Voluntiera li jixtiequ jagħtu l-ħin tagħhom għal din l-organizzazzjoni ser ikunu qed jinghataw tahrig f’kors ta’ madwar tmien xhur. Il-volunitiera ser jingħataw għarfien dwar kif tista’ tevita u tikkontrolla nirien mhux biss b’Fire Extinguishers imma anke b’vetturi tat-tifi tan-nar u l-ewwel għajnuna bl-użu tal-AED, kif iġġorr u tevakwa nies feruti u l-użu tar-radju u tas-slielem.

St. John Rescue Corps qed jilqa’ wkoll voluntiera li jistgħu jgħinu fl-amministrazzjoni, fil-manutenzjoni u fil-loġistika.