Lokali

L-ebda periklu wara theddida ta’ bomba fi Spinola f’San Ġiljan

Jirriżulta li kienet biss theddida falza ta’ bomba fi stabbiliment f’San Ġiljan dik li dalgħodu waslet biex iż-żona ta’ Spinola dalgħodu kienet evakwata.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li daħal rapport għall-ħabta tad-9:30a.m.  dwar theddida ta’ bomba fi stabbiliment Mcdonalds fiż-żona ta’ Spinola f’San Ġiljan.

Wara tfitxijiet li wettqu s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-istabbiliment ma nstab l-ebda tip ta’ splussiv u għaldaqstant il-ħaddiema rritornaw lura għax-xogħol.

Dan ir-rapport qajjem biża’ wara li l-Ħamis filgħaxija instabet bomba li kienet attivita taħt karozza fi Triq Sant’Antnin fil-Fgura li sa issa b’konnessjoni ma’ din il-bomba ma’ saru arresti.

AĠĠORNATA BIL-FILMAT: Tinstab bomba taħt karozza fil-Fgura