Futbol Sport

TRASFERIMENTI – Coutinho ma’ Barcelona

Wara ħafna stennija, kemm Barcelona kif ukoll Liverpool ħabbru li laħqu ftehim bejniethom għall-akkwist ta’ Philippe Coutinho mat-tim Katalan.

Barcelona se jħallsu s-somma ta’ 145 miljun lira sterlina biex b’hekk il-playmaker sar it-tieni l-aktar plejer li sewa’ flus fl-istorja tal-futbol. L-aktar plejer li sewa flus hu l-attakkant Neymar li ngħaqad ma’ PSG fis-sajf li għadda għas-somma ta’ 198 miljun lira sterlina.

Coutinho kien ingħaqad ma’ Liverpool mingħand Inter meta dakinhar ir-Reds ħallsu 8.5 miljun lira sterlina fl-2013.

Tard is-Sibt filgħaxija l-plejer Brażiljan siefer lejn Spanja u l-Ħadd waranofsinhar se jkun qed isegwi l-partita fin-Nou Camp bejn Barcelona u Levante.

Philippe Coutinho, li ffirma kuntratt ta’ ħames snin u nofs se jkun qed jitħallas salarju ta’ 12-il miljun ewro fis-sena.