Il-klabb Ċiniż ta’ Shanghai Shenhua ħabbar li ttermina l-kuntratt tal-attakkant Carlos Tevez.
Tevez, li għandu 33 sena kien għad fadallu 12-il xahar biex jiskadielu l-kuntratt imma l-klabb iddeċieda li jneħħi lil dan il-plejer.
Jidher li issa Tevez se jkun qed jirritorna ma’ Boca Juniors, il-klabb li beda l-karriera miegħu.
Tevez kien ingħaqad ma’ Shanghai Shenhua sentejn ilu u dakinhar kien sar l-aktar plejer imħallas fid-dinja b’salarju ta’ 615-il elf lira sterlina fil-ġimgħa.
//= $special ?>