Internazzjonali

Visas biex tħajjar barranin ta’ talent lejn iċ-Ċina

Il-Gvern Ċiniż se jibda joħroġ visas ta’ għaxar snin biex iħajjar nies ta’ talent bi snajja’ mfittxija minn madwar id-dinja lejn iċ-Ċina.
Il-visas se jkunu validi għal ħames jew għaxar snin u fost dawk eleġibbli li japplikaw hemm esperti fil-qasam tat-teknoloġija, industrjalisti u xjentisti.
Iċ-Ċina fasslet miri għolja għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż u tara l-impjieg ta’ esperti barranin bħala essenzjali biex jintlaħaq l-iskop.
Meta tħabbru l-pjani l-ewwel darba, iċ-Ċina qalet li t-tir kien li tal-anqas 50,000 barranin jibbenefikaw.
Il-Gvern Ċiniż qal li min ried japplikaw seta’ jagħmel dan minn fuq l-Internet u l-proeċess kien se jkun wieħed mgħaġġel. Barra minn hekk dawk li jingħataw il-visa jkunu jistgħu jġibu l-familja.
Fl-2016, iċ-Ċina kienet introduċiet sistema għall-barranin li jkunu jridu jmorru jaħdmu hemm biex tattira lil dawk il-barrinin li kellhom is-snajja’ li għandha bżonn u tnaqqas lil dawk li ma kellhomx dak li trid.