Iċ-ċkejken Nigel, li issa kien ilu 10 xhur l-Ingilterra jistenna qalb mingħand persuni ta’ rieda tajba li, jiddonaw l-organi tagħhom, illum wasal lura Malta b’qalb ġdida. L-operazzjoni tant marret tajjeb, li ġie lura erba’ ġimgħat qabel iż-żmien.
Hu ngħata merħba kbira fl-Ajruport ta’ Malta mill-qraba u ħbieb u saħansitra marret tilqgħu il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.
Il-Malta Community Chest Fund Foundation tixtieq tirringrazzja lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li, bil-ġenerożita’ tagħhom waqt l-Istrina, l-MCCFF tkun tista tibqa’ tgħin lil Nigel u lil dawk kollha fil-bżonn ta’ l-għajnuna mill-istess Fondazzjoni.