Barcelona jinsabu disa’ punti fil-quċċata tal-La Liga wara li f’darhom għelbu lil Levante 3-0. Barcelona fetħu l-iskor fit-12-il minuta b’azzjoni maħduma bejn Lionel Messi u Jordi Alba, bl-Arġentin jiskorja b’xutt mill-ewwel għar-rokna.
Il-Katalani rduppjaw fis-37 minuta, bi kross mil-lemin ta’ Sergi Roberto li sab lill-attakkant Luis Suarez li b’xutt sabiħ li kien imxellef, għeleb lil Olazabal. It-tim ta’ Valverde ssiġilla r-rebħa fit-93 minuta bi kross fil-baxx ta’ Messi li sab lill-Brażiljan Paulinho li kompla għal ġewwa mill-qrib.
Iċ-champions Real Madrid komplew jitilfu aktar punti wara li spiċċaw 2-2 kontra Celta Vigo. Daniel Wass poġġa lil Celta Vigo minn fuq fit-33 minuta, iżda sa ħames minuti wara, Real Madrid dawru l-iskor b’doppjetta ta’ Gareth Bale.
Celta Vigo fallew penalty fit-72 minn Iago Aspas, iżda rnexxielhom isalvaw il-logħba fit-82 minuta b’gowl ta’ Maximiliano Gomez. B’dan ir-riżultat, Real Madrid jinsabu 16-il punt b’logħba anqas taħt Barcelona.
La Liga
Illum
Leganes v R. Sociedad 1-0
Barcelona v Levante 3-0
A. Bilbao v Alaves 2-0
C. Vigo v R. Madrid 2-2
//= $special ?>