Roger Federer u Belinda Bencic tal-Iżvizzera rebħu t-Tazza Hopman is-Sibt. Il-koppja għelbet lill-Ġermaniżi Alexander Zverev u Angelique Kerber 4-3, 4-2 fil-logħba deċiżiva tal-finali.
Federer irkupra minn set minn taħt biex għeleb lil Zverev 6-7, 6-0, 6-2 biex ta l-vantaġġ lill-Iżvizzera, iżda l-Ġermaniżi ġabu d-draw b’Kerber tegħleb lil Bencic 6-4, 6-1.
Federer rebaħ it-Tazza Hopman għall-ewwel darba fl-2001 flimkien ma’ Martina Hingis. “Il-ġimgħa ma’ Martina Hingis f’dak iż-żmien hi ħaġa żgħira għal dik li tista’ tkun għal Belinda. Ma kontx naf dak iż-żmien, il-karriera tiegħi kif se tkun,” qal Federer.
Bencic żiedet tgħid li għaliha hi ħolma li saret realtà u ma setgħetx titlob għal tennist aħjar. “Mhux se ninsa din il-ġimgħa, hi assolutament inkredibbli. Hi preparazzjoni tajba għall-Open tal-Awstralja.”
//= $special ?>