Koppja anzjana ħelsitha ħafif wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu nirien ħakmu d-dar tagħhom fi Triq Manwel Dimech f’Ħal Għaxaq.
Rapporti jgħidu li l-anzjani kienu slavati minn binhom stess li ħariġhom mid-dar.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien li jidher li qabdu minn xemgħa li tħalliet mixgħula.
Il-koppja anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li belgħu xi dħaħen.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>