Raġel minn Raħal Ġdid li kellu żewġ karozzi klassiċi li kienu għal qalbu spiċċa mingħajrhom it-tnejn, għax insterqulu f’temp ta’ ġimgħa.
Fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Jannar insterqitlu l-Ford Escort Mk1. Fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd insterqitlu l-Ford Cortina Lotus.
Fuq il-midja soċjali iben ir-raġel qal li l-karozzi kellhom valur sentimentali għal missieru, u appella biex kull min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Pulizija fl-għassa ta’ Raħal Ġdid.
Huwa qed iwiegħed ukoll rigal ta’ €500 għal min jipprovdi informazzjoni utli li twassal biex jinstabu l-karozzi misruqa.
//= $special ?>