Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 48 sena mis-Siġġiewi sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’inċident tat-traffiku fil-Gudja.

L-inċident seħħ fi Triq Bir Miftuħ il-Gudja l-Ħadd għall-ħabta tal-għaxra neqsin għaxra ta’ filgħodu.  Il-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Peugeot Bipper li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena li joqgħod Ħal Għaxaq.

Fuq il-post marret il-Pulizija tad-Distrett u ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.