Futbol Sport

Philippe Coutinho jagħmel l-ewwel dehra bil-kuluri ta’ Barcelona

Philippe Coutinho (Ritratt: EPA)

Philippe Coutinho għamel l-ewwel dehra pubblika bil-kuluri ta’ Barcelona qabel l-eżami mediku u l-preżentazzjoni uffiċjali ta’ għada. Il-Brażiljan ħa sehem f’parti żgħira quddiem il-media libes ġakketta sportiva ta’ Barcelona wara li Liverpool qablu li jbiegħu lill-plejer is-Sibt.

Coutinho kien preżenti fin-Nou Camp biex isegwi lit-tim il-ġdid tiegħu wara t-trasferiment ta’ €160 miljun li għamlu t-tieni Brażiljan li l-aktar sewa flus fl-istorja tal-futbol.

Mistoqsi dwar il-wasla ta’ Coutinho fil-klabb, il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde qal li hu akkwist li ilhom jitkellmu fuqu ħafna żmien. Hu qal li issa qiegħed hawn u awguralu għaliex jekk ikun fortunat, igawdu huma bħala klabb.